Gabriele Gravina japprezza l-ġest ta’ Juventus

Il-president tal-Federazione Italiana Giouco Calcio, Gabriele Gravina, apprezza ferm il-ġest ta’ Juventus li offrew li ma jaċċettawx it-titlu ta’ champions ladarba l-kampjonat jiġi dikjarat bħala null.

Kien il-president tal-club Andrea Agnelli li ta ħjiel li bħala diriġenza u amministrazzjoni ma kinux se jaċċettaw l-Iscudetto fuq il-mejda iżda fil-ground.

F’dan ir-rigward, Gravina wkoll jemmen li min jirbaħ il-kampjonat Taljan għandu jagħmel dan fil-ground u mhux permezz ta’ verdett fuq il-mejda. Huwa jemmen li fil-jiem li ġejjin il-kampjonat se jkun jista’ jkompli u jerġgħu jiġu dawk il-mumenti eċċitanti li kull player u partitarju jkun qed jixtieq.

Qabel il-waqfa sfurzata minħabba l-Covid-19, Juventus kienu qegħdin fl-ewwel post tal-klassifika bi 63 punt minn 26 partita.

Share With: