Gabriele Gravina jittama li l-kampjonat ikun jista’ jkompli

Il-president tal-FIGC Gabriele Gravina qed jittama li s-sessjonijiet ta’ taħriġ tal-clubs ewlenin Taljani jkunu jistgħu jkomplu fil-bidu ta’ Mejju għalkemm aċċerta lil kulħadd li mhux se jkun hemm xi dati fissi meta se jispiċċa l-istaġun attwali. 

Gravina jinsab f’kuntatt kontinwu mal-ogħla uffiċjali tal-FIFA u qed jirċievi struzzjonijiet mill-kumitat tekniku u xjentifiku tal-assoċjazzjoni biex jaslu għal soluzzjoni ideali.

Il-president tal-FIGC qal li bin-natura tas-sitwazzjoni bħalissa, xejn ma jista’ jkun ċert għalkemm bħala federazzjoni qed jaħdmu biex ikun hemm pjani konkreti għal meta kollox jerġa’ jibda.

Gravina qal li se jerġa’ jkun hemm laqgħa oħra bejn il-partijiet involuti biex jiġu diskussi affarijiet importanti.

Share With: