Gaetano Castrovilli qed jara futur ma’ Fiorentina

Il-midfielder offensiv ta’ Fiorentina Gaetano Castrovilli  żvela li x-xewqa tiegħu hi dik li xi darba jilbes il-flokk numru 10 tat-team. Il-player ta’ 23 sena qed jispikka ferm fi Stadio Artemio Franchi u jħossu parti mill-proġett futur tal-club immexxi minn Giuseppe Iachini.

Minkejja li diversi clubs mill-Italja qed jinteressaw ruħhom fl-akkwist tiegħu, Castrovilli qal li ma jsib xejn aħjar minn Fiorentina u mistenni jkompli jikkontribwixxi għall-progress tat-team tiegħu.

Meta rrefera għax-xewqa li għandu li jilbes il-flokk numru 10 tat-team, Castrovilli pront ftakar f’Roberto Baggio li kien spikka lura għas-snin 90 mal-istess Viola.

Huwa tkellem ukoll dwar it-team nazzjonali Taljan fejn kellu ċ-ċans li jiddebutta matul il-ħarifa li għaddiet u qal li jrid ikompli jimpressjona sabiex il-coach Roberto Mancini jkun jista’ jagħżlu.

Share With: