Gareth Southgate jaċċetta tnaqqis fis-salarju

Sar magħruf li l-coach tat-team nazzjonali Ingliż Gareth Southgate u l-ogħla uffiċjali tal-Assoċjazzjoni tal-football Ingliż se jkunu qed joffru li jitnaqqsilhom 30% tas-salarju tagħhom. Dan kollu qed jiġri fl-isfond tal-problema li qed tħalli warajha l-coronavirus li farrket l-ekonomija kollha tad-dinja.

Jidher li hemm iċ-ċans li din l-istess assoċjazzjoni titlef madwar £150 miljun u huwa għalhekk li Southgate u diversi uffiċjali fi ħdanha se jkunu qed jagħmlu tajjeb għal dan it-telf.

Dan it-telf huwa dovut għal xi biljetti li ma nbiegħux minħabba li ġew posposti l-logħob internazzjonali tax-xahar li għadda kif ukoll xi drittijiet televiżivi li ma ġewx onorati.

Share With: