Għalissa daqshekk birra Corona!

Wara li l-Gvern Messikan ħabbar miżuri biex attivitajiet mhux essenzjali jiġu sospiżi sal-aħħar ta’ April

Il-kumpanija Messikana Grupo Modelo qalet li se tkun qed tissospendi l-produzzjoni tal-birra popolari Corona, u ta’ birer oħrajn, minħabba l-emerġenza tal-Covid-19 fil-pajjiż.

Il-kumpanija, li tipproduċi wkoll birer oħrajn bħal Pacifico u Modelo, qalet li d-deċiżjoni ttieħdet wara li l-Gvern Messikan adotta miżuri biex jissospendu l-attivitajiet kollha mhux essenzjali sal-aħħar ta’ April. Dan bil-għan li jikkontrolla l-imxija tal-coronavirus.

Il-birrerija Olandiża Heineken, ilbieraħ ukoll ħabbret li kienet se tissospendi l-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-birra tagħha fil-Messiku, b’rispons għall-miżuri mħabbrin mill-Gvern.

Intant s’issa n-numru ta’ każi ta’ persuni infettati bil-coronavirus fil-Messiku jammontaw għal 150 persuna, b’50 persuna jmutu kaġun tal-infezzjoni.

Share With: