Għamilt like jew ikkummentajt fuq post b’informazzjoni żbaljata dwar il-Covid-19? Facebook b’miżuri ġodda

Għamilt like jew ikkummentajt fuq post ta’ Facebook dwar il-pandemija tal-Covid-19?

Facebook mistenni li jibda jgħarrfek li tkun xerridt informazzjoni żbaljata.

Il-kumpanija se tibda tgħarraf lil kull min jagħmel użu mill-pjattaforma soċjali tagħha jekk ikunu għamlu like, irreaġixxew jew ikkummentaw fuq posts li jkunu qed iwasslu informazzjoni żbaljata dwar il-pandemija, liema post ikun tneħħa mill-moderaturi tal-kumpanija.

Facebook mistennija li se twassal ukoll informazzjoni maħruġa mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa lil kull min b’xi mod ikun interaġixxa ma’ dawn il-posts.

Il-kumpanija ħabbret dan illum, bis-sistema mistennija li tidħol fis-seħħ fil-ġimgħat li ġejjin.

Facebook, u anke pjattaformi soċjali oħrajn, diġà ħadu passu biex jindirizzaw informazzjoni żbaljata li qed tinxtered. Fost oħrajn tneħħew l-avviżi kollha li kienu qed iwiegħdu fejqan mill-virus.

Share With: