“Għinuna nżommuhom vojta!” – Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne

Is-sodod fl-ITU se jiżdiedu b’44 sodda, total ta 125 sodda

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, ħabbar li bħalissa għaddejjin l-aħħar preparamenti biex jiżdiedu 44 sodda oħra fit-taqsima tal-kura intensiva f’Mater Dei. Dan ifisser li t-total ta’ sodod issa se jkun qiegħed jitla’ għal 125 sodda.

Minkejja dan l-investiment u preparamenti bla preċedent fid-dawl tal-imxija tal-COVID-19, il-Viċi Prim Ministru appella lill-poplu Malti u Għawdxi biex ngħinuhom iżommu dawn is-sodod vojta.

Share With: