[AĠĠORNAT] “Gidba”; BirdLife tiċħad l-allegazzjonijiet tal-FKNK

AĠĠORNAT: Intant kelliemi għal BirdlLife Malta f’kummenti ma’ Inewsmalta ddeskriva bħala gidba mill-bidu sal-aħħar l-allegazzjonijiet li saru mill-FKNK fil-konfront ta’ Birdlife. Il-kelliemi saħaq li mhuwiex minnu li l-għasfur li jidher fil-filmat ippubblikat mill-FKNK baqa’ maqbud fix-xibka għal tul ta’ żmien hekk kif saħqet l-istess Federazzjoni.

AKTAR QABEL: Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) qed tallega li ranja (xibka tal-arja) fir-Riserva Naturali tas-Simar li tpoġġiet minn BirdLife Malta wasslet biex għasfur jinqabad fix-xibka u jibqa’ maqbud għal tul ta’ żmien.

B’referenza għall-inċident li seħħ dalgħodu. l-FKNK saħqet li r-Riserva tas-Simar huwa msakkar u ma kien hemm ħadd fuq il-post max-xibka. Fl-istess waqt il-federazzjoni innotat li bird-caller beda jinstema’ għaddej, bl-għasfur idum siegħa maqbud sakemm irnexxilu jinħeles.

Share With: