GO twissi dwar telefonati qarrieqa li qed jitolbu lill-klijenti tagħha għal dettalji bankarji personali

Klijenti ta’ GO qed jirċievu telefonati qarrieqa minn persuni li qed jisħqu li huma impjegati tal-istess kumpanija. Kienet il-kumpanija GO nnifisha li għarrfet dan f’komunikat uffiċjali fuq is-sit tagħha tal-midja soċjli.

Jidher li dawn il-persuni qed jgħidu lill-klijenti ta’ GO li nnutaw li għandhom problemi fil-konnessjoni tagħhom mas-servizzi tal-istess kumpanija.

Intant GO fakkret li l-impjegati tagħha qatt ma jitolbu li jiġi instsallat software fuq tagħmir tagħha, u lanqas ma titlob għal dettalji personali bħal Pin numbers u dettalji bankarji. L-istess bħalma qatt ma jitolbu għal dettalji dwar ħlasijiet b’cards minn fuq telefonat jew imejl.

Il-kumpanija żiedet tgħid li hija ħasta li filwaqt li l-biċċa l-kbira tan-nies qed tibqa’ f’darhom biex tibqa’ sigura f’dawn iż-żminijiet diffiċli, dawn iċ-ċirkostanzi wasslu għal żieda fl-attivitża frawdolenti.

Hija appellat lill-klijenti tagħha biex f’ċirkostanza li jirċievu telefonata li huma jissuspettaw li hija scan, jgħarrfu lill-kumpanija b’mod immedjat u ma jgħaddu l-ebda informazzjoni mitluba.

Share With: