Ħadd ma weġġa’ wara li gaffa ħadet in-nar fl-Imsida

Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’inċident li seħħ aktar kmieni fi Triq Misraħ il-Barrieri fl-Imsida.

Inewsmalta jinsab infurmat li għall-ħabta tas-2:00 p.m il-Pulizija daħlilha rapport li gaffa kienet qiegħda taqbad fl-imsemmija Triq. Fil-post issejħu l-Pulizija u Membri Tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nirien.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li l-gaffa kienet tħalliet hemm minn xi ħaddiema ftit tal-ħin qabel u meta dawn ħallew is-sit għal xi raġuni l-gaffa spiċċat inħakmet minn nirien.

Il-Pulizija tinsab għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.

Share With: