Ħaddiem tal-Playmobil pożittiv għall-coronavirus

Rapporti fil-midja qed jgħidu li ħaddiem tal-Playmobil irriżulta pożittiv għall-Coronavirus. Il-ħaddiem irriżulta pożittiv nhar is-Sibt li għadda. Huwa kien mar ix-xogħol il-jum ta’ qabel.

Minn proċess ta’ contact tracing li sar, jidher li l-awtoritajiet iddeterminaw li ma kienx hemm impjegati oħrajn tal-kumpanija li stgħu kienu esposti. Madankollu impjegat tpoġġa taħt kwaranina bħala prekawzjoni.

F’komunikat intern, il-maniġment tal-kumpanija għarraf lill-impjegati kollha li sa nhar il-Ġimgħa li għadda, jiġifieri l-aħħar ġurnata li l-ħaddiem irrapporta għax-xogħol, huwama kienx qed juri sintomi tal-virus.

Share With: