Harry Kane minflok Gonzalo Higuain?

Hekk kif l-attakkant ta’ Juventus, Gonzalo Higuain, mistenni jitlaq minn Turin fl-aħħar ta’ dan l-istaġun, iċ-champions Taljani qed jaħsbu għall-futur u d-direttur sportiv, Fabio Paratici, qed jippjana li jiffirma skorer prolifiku ieħor lejn l-Allianz Stadium. Għajnejn Paratici waqgħu fuq l-attakkant internazzjonali Ingliż ta’ Tottenham Hotspur, Harry Kane, li għandu 26 sena u skorja 17-il goal f’25 logħba għat-team minn Londra.

Kane jiswa madwar €200 miljun għalkemm il-pandemija tal-coronavirus tista’ tnaqqas din iċ-ċifra.

Sadanittant rapporti minn Turin qed jgħidu li Higuain qed jagħmel minn kollox biex ma jirritornax għalissa lejn l-Italja minħabba diversi raġunijiet partikolari. Fil-fatt bħalissa huwa għaddej bil-perjodu ta’ kwarantina filwaqt li qed isegwi l-iżviluppi fiżiċi ta’ ommu li qed tbati minn kanċer.

B’hekk jidher li l-attakkant veteran Sudamerikan mistenni jirritorna l-Italja tmint ijiem oħra biex ikompli l-aħħar parti tal-istaġun mal-Bianconeri.

Share With: