ĦARSA DETTALJATA LEJN L-ISTATISTIKA TAL-KAŻI TA’ COVID-19 F’MALTA U GĦAWDEX

Din l-istatistika ngħatat mis-Supretendent tas-Saħħa Publika Charmaine Gauci waqt il-konferenza tal-aħbarijiet li matulha ngħata l-aġġornament dwar il-każi ġodda ta’ coronavirus f’pajjiżna.

Punti importanti li ħarġu:

  • L-epidemic curve ta’pajjiżna turi li l-każi s’issa għadhom telgħin ’il fuq
  • Il-biċċa l-kbira tal-każi jikkonċernaw lil irġiel; 229 irġiel u 173 nisa. Din l-istampa hija l-istess bħal dik ta’ pajjiżi barranin.
  • Il-Prof. Gauci qalet li jista’ jkun il-każ li l-ormoni fin-nisa jagtu aktar immunità kontra l-Covid-19. Jista’ jkun ukoll li l-prevalenza ta’ każi fl-irġiel hija kaġun tat-tendenza akbar ta’ tipjip mill-irġiel.
  • Il-biċċa l-kbira tal-każi reġistrati jaqgħu fil-kategoriji ta’ bejn l-20 u l-34 sena.
  • Ir-reġjun fejn l-aktar li kienu reġistrati każi kien dak tal-Port ta’ Marsamxett b’142 każ.
  • L-inqas reġjun b’każi reġistrati huwa dak tal-Punent tal-pajjiż.
  • L-aktar li rkupraw mill-infezzjoni kienu rġiel, bl-akbar prevalenza tiġi reġistrata fl-etajiet ta’ bejn l-20 u l-34 sena.

ARA WKOLL IT-13-IL KAŻ ĠDID REĠISTRAT ILLUM

Share With: