Hristo Stoichkov: La Liga bi 22 team

L-ex player internazzjonali Bulgaru u ta’ Barcelona, Hristo Stoichkov, tkellem fuq il-kampjonat Spanjol u l-waqfa sfurzata li seħħet minħabba l-pandemija tal-Coronavirus.

Stoichkov, 54 sena, qal li l-ewwel u qabel kollox, għandu jintemm il-Kampjonat Spanjol anke jekk jieħu fit-tul. Imbagħad issuġġerixxa xenarju fejn għal staġun wieħed biss ma jkunx hemm timijiet relegati u fl-istaġun li ġej jintlagħab bi 22 team. B’dan il-metodu t-timijiet li jispiċċaw fl-ewwel żewġ postijiet tat-Tieni Diviżjoni  jispiċċaw fl-ogħla diviżjoni tal-pajjiż.

Stoichkov lagħab ma’ Barcelona għal tmien snin bejn l-1990 u l-1998 fejn skorja 83 goal f’175 partita.

Share With: