“Iċċaqilqu ftit u żommu ruħkom b’saħħitkom!”

It-tieni sessjoni live ta’ Self Defense u l-Kickboxing minn Kancho Adrian Axisa u l-Union Print

Minn CARMEN CACHIA

Illum fl-10.00 a.m., permezz ta’ Inewsmalta.com, se tkun qed tixxandar it-tieni sessjoni virtwali ta’ taħriġ tas-self defense u tal-kickboxing minn Kancho Adrian Axisa. “Għal dawk kollha li diġà ngħaqdu magħna għall-ewwel sessjoni tal-ġimgħa l-oħra, jafu kemm ħadu pjaċir u kemm din is-siegħa kienet ta’ benefiċċju kemm fiżiku, kif ukoll mentali għall-parteċipanti. Veru li s-sitwazzjoni preżenti bil-Coronavirus hija sfida, iżda flimkien ngħelbuha u sakemm kollox jiġi għan-normal, l-edukazzjoni virtwali anke dik sportiva, hija alternattiva tajba għal dak li konna mdorrijin bih is-soltu.”

Kull min jixtieq jagħmel is-sessjoni ta’ taħriġ tal-lum f’ħin reali, jista’ jmur fuq il-link: https://us04web.zoom.us/j/5824947385?pwd=ZTBQbWdXajhBK29nQmd3L0g2VUFWUT09 jew permezz tal-App “Zoom” u jdaħħal id-dettalji – Meeting ID: 582494 7385 u Password: selfdef.

Illum se tkun tistgħu tkomplu titgħallmu teknika ta’ self defense, kif ukoll mossi tal-Kickboxing għal siegħa sħiħa direttament mir-residenza ta’ Axisa. Aktar tard, inewsmalta.com se jerġa jtella’ recording tas-sessjoni għal dawk il-persuni li ma jistgħux jingħaqdu magħna dalgħodu.

Kull min ikollu diffikultà biex jidħol għal dan it-training online, jista’ jċempel fuq: 99464749 biex ngħinuh.

Dan is-servizz qiegħed jitwassal bla ħlas bħala kontribut lit-tfal f’Malta u Għawdex minn Kancho Adrian Axisa u Union Print biex min-naħa tagħna ngħinu kif nistgħu fil-ġlieda kontra l-Coronavirus.

Share With: