Id-driving instructor mara li insultat lill-Prof Charmaine Gauci mkeċċija minn membru tal-Malta Driving Instructors Association

Il-Malta Driving Instructors Association (MDIA) ikkundannat lid-driving instructor li lbieraħ filgħaxija minn jedda marret tistenna lill-Prof. Charmaine Gauci barra l-binja tal-PBS.

Id-driving instructor mara ppruvat twaqqaf lis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika milli tirkeb fil-karozza tagħha wara li ħadet sehem f’intervista waqt il-programm Dissett.

Filwaqt li ddiżassoċjat ruħha mill-aġir tal-mara. l-MDIA saħqet li ma taċċettaax li l-membri tagħha jaġixxu b’dan il-mod u għalhekk b’mod immedjat keċċiet lil din l-instructor minn membru tagħha.

L-MDIA intant irringrazzjat lill-Profs. Charmaine Gauci għax-xogħol bla waqfien li qed tagħmel mal-awtoritajiet konċernanti biex jiġġieldu is-sitwazzjoni tal-virus Covid-19 f’Malta.

Share With: