Ifiqu 38 persuna oħra mill-Covid-19

Il-jum tal-Ħamis beda b’aħbar sabiħa fil-ġlieda ta’ pajjiżna kontra l-pandemija tal-Covid-19. Dan hekk kif id-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li fiequ 38 persuna oħra mill-infezzjoni tal-coronavirus.

Dan ifisser li s’issa fiequ 82 persuna.

Intant f’Malta u Għawdex hawn 399 każ ta’ persuni li ġew infettati bil-Covid-19, wara li lbieraħ l-każi ġodda reġistrati ammontaw għal sitta.

Share With: