Igor Gomes bejn erba’ clubs Ewropej

Il-player ta’ nofs il-ground ta’ Sao Paolo, Igor Gomes, qed jinteressa lil xejn inqas minn erba’ clubs Ewropej li qed jagħmlu li jistgħu biex jiksbu s-servizzi tiegħu matul is-suq tat-trasferimenti li jmiss tas-sajf. Huwa għandu 21 sena u s’issa lagħab 29 partita mat-team Brażiljan filwaqt li skorja ħames goals. Dan kollu ma ħarabx l-għajnejn attenti ta’ Real Madrid, Ajax Amsterdam, Barcelona u Seville li qed jevalwaw sew il-progress tiegħu.

Qed jiġi stmat li Gomes jiswa madwar €50 miljun u kollox jiddependi min joffri l-aktar offerta attraenti għalih.

Gomes lagħab għaxar logħbiet mat-team nazzjonali Brażijan ta’ Taħt l-20 sena għalkemm għadu qatt ma ġie msejjaħ mal-ewwel skwadra.

Share With: