Il-club ta’ Newcastle viċin li jinbiegħ lil konsorzju mis-Sawdi

II-club ta’ Newcastle United jinsab viċin ħafna li jinbiegħ għal £300 miljun hekk kif is-sid, Mike Ashley, laħaq ftehim ma’ konsorzju mill-Arabja Sawdita, immexxi mill-Prinċep Mohammed bin Salman, li fix-xhur li għaddew dan tal-aħħar ried jixtri wkoll lill-club ta’ Manchester United. 

Hu mifhum li proprju nhar it-Tliet li għadda, iż-żewġ partijiet dehru kuntenti b’dak li ntqal fl-aħħar laqgħa għal din il-possibbiltá ta’ tibdil fit-tmexxija tal-Magpies. 

Fit-8 ta’ April li għadda, dokumenti ġodda ġew ippreżentati li sar pubbliċi proprju nhar it-Tieta fejn urew ukoll ir-reġistrazzjoni tal-ħlas bejn ir-rappreżentanti Staveleys PCP Capital Partners u s-sid tal-club, Mike Ashley. 

Dan ifisser li l-proċess tal-bejgħ huwa wieħed avvanzat biex it-tmexxija kontroversjali ta’ Ashley tidher li waslet fi tmiemha. Matul dawn l-aħħar snin, il-partitarji tal-Magpies talbu għar-riżenja ta’ Ashley … u issa tidher li x-xewqa tagħhom se tinqata’.

Il-Prinċep Mohammed bin Salman sostna li huwa se jagħmel lit-team ta’ Newcastle minn fost l-aqwa fil-Premier League Ingliż u jisfida għall-unuri. 

Share With: