Il-clubs tal-Premier League Ingliż huma kommessi li jilagħbu t-92 partita li jmiss

Il-clubs li tal-Premier League Ingliż jinsabu kommessi li jilagħbu t-92 partita li jmiss mill-istess kampjonat iżda ma ddiskutewx deadline meta l-logħob għandu jerġa’ jibda.

Il-clubs kienu mistennija li jiddibattu biex il-logħob jintemm sat-30 ta’ Ġunju iżda minflok iddiskutew “mudell possibbli ta’ skedar”.

Il-Premier League qal li “jibqa’ l-għan tagħhom” li jiffinalizzaw il-partiti iżda bħalissa “id-dati kollha huma tentattivi”.

Il-kampjonat ilu sospsiż mit-13 ta’ Marzu li għadda minħabba l-pandemija tal-coronavirus.

Huwa mifhum li xi clubs stennew li jiddiskutu l-proposta tat-30 ta’ Ġunju bħala deadline fil-laqgħa li saret iżda ġie deċiż li bħalissa mhux il-mument li dan isir.

Kelliemi għall-clubs tal-Premier qal:

“Bħalma qed isir minn industriji oħra, il-Kampjonat Premier u l-clubs tagħna qed jaħdmu f’xenarji ta’ ppjanar kumplessi.

“Bħalissa ninsabu f’diskussjonijiet mal-imsieħba interessati, fosthom partners tal-media, u l-għan tagħna huwa dak li nassiguraw li nkunu f’pożizzjoni li jerġa’ jibda jintlagħab il-logħob meta jkun sigur li dan isir bis-sapport massimu tal-Gvern. Is-saħħa tal-players, coaches, managers, staff tal-clubs u l-partitarji, huma l-prioritá tagħna u l-kampjonat se jkun qed jibda biss meta jkun permess li dan jsir mill-awtoritajiet tas-saħħa.”

“Il-laqgħa li saret  ipprovdiet opportunitá bjex jiġu diskussi mudelli possibbli ta’ skedar. Jibqa’ l-għan ewlieni tagħna li l-istaġun 2019-20 jiġi finalizzat iżda f’dan l-istadju, id-dati kollha huma biss tentattivi skont kif ikompli jiżviluppa l-impatt tal-Covid-19.”

Iktar kmieni matul dan ix-xahar, il-Premer League qal li l-logħob se jkompli jintlagħab meta “jkun sigur u propizju li dan isir”, iżda n-numru ta’ mwiet kawża tal-coronavirus fir-Renju Unit minn dakinhar żdied għal iktar minn 12,000.

Nhar il-Ħamis li għadda, il-Gvern ħabbar lockdown ieħor ta’ tliet ġimgħat biex jassigura dik li hi magħrufa bħala ‘social distancing’ u jkompli jikkontrolla t-tixrid tal-virus.

Meta u kif il-football se jkun qed jitkompla ġie dibattut b’mod wiesa’ madwar l-isport hekk kif il-clubs  qed jiffaċċjaw diffikultajiet finanzjarji u temi loġistsiċi li ġew ikkawżati minn tmiem tardiv tal-istaġun.

Il-kuntratti ta’ ħafna mill-players jiskadu fit-30 ta’ Ġunju li ġej, fosthom dawk tal-midfielder ta’ Chelsea Willian u d-difensur ta’ Tottenham Hotspur, Jan Verthongen.

Ladarba l-istaġun jiġi estiż iktar minn dik id-data, teżisti possibbiltá, li l-clubs jitilfu xi players tagħhom qabel jitkompla l-istaġun.

Il-FIFA tinsab konxja minn din il-problema u qed tħares lejn alternattivi diversi fosthom li testendi l-kuntratti tal-players.

Id-data tat-30 ta’ Ġunju wkoll hija sors ta’ diskussjoni għall-clubs f’dak li għandu x’jaqsam ma’ bdil maqbul rigward manifatturi tal-flokkijiet.

Intant, fi stħarriġ li sar rigward kif għandu jintemm l-istaġun, 39% ta’ dawk li ħadu sehem qalu li dan l-istaġun għandu jitqies bħala null waqt li 28% wieġbu li dan l-istaġun għandu jiġi mitmum irrispettivament minn kemm dan jieħu żmien.

Il-UEFA min-naħa tagħha, appellat lill-kampjonati biex jallokaw biżżejjed żmien biex hi toħroġ bi proposti ta’ kif il-kampjonati madwar l-Ewropa għandhom jintemmu.

L-organu governattiv tal-football Ewropew għandu jerġa’ jiltaqa’ matul il-ġimgħa d-dieħla biex ikompli jiddiskuti pjani li jinkludu li possibilment il-finali taċ-Champions League tkun qed tfisser tmiem l-istaġun 2019-20, liema finali tkun qed tintlagħab nhar id-29 ta’ Awwissu li ġej.

Iktar ‘l isfel fil-piramida tal-football fl-Ingilterra, l-EFL bagħtet ittra lill-clubs fejn irrakkomondat li huma jirritornaw għat-taħriġ fis-16 ta’ Mejju li ġej.

Min-naħa tagħha l-EFL għadha ma ddiskutitx pjani mal-Gvern ta’ meta l-kampjonat għandu jitkompla iżda qalet lill-clubs li l-pjan tagħha għandu jkun wieħed aġli biex jippermettilhom li jkunu ppreparati kemm jistgħu għat-tkomplia tal-kampjonat b’avviż mhux daqshekk fit-tul.

X’qed jiġri f’Kampjonati Ewropej oħrajn?

Il-UEFA qalet li meta jirritorna l-football, m’hemmx dubju li dan se jkun qed jintlagħab bil-bibien magħluqa.

Fil-preżent, l-istat tal-logħob fil-kampjonati prinċipali fl-Ewropa huwa dan:

Bundesliga fil-Germanja: Il-clubs irritornaw għat-taħriġ iżda l-istaġun għadu sospiż sat-30 ta’ April.

La Liga fi Spanja: Mhux se jkun hemm taħriġ sakemm il-miżuri ta’ emerġenza li hemm fis-seħħ jintemmu bil-president tal-La Liga, Javier Tebas, qed iqis id-data tat-28 ta’ Mejju li ġej bħala l-aqwa xenarju possibbli ta’ meta għandu jitkompla l-logħob.

Ligue 1 fi Franza: L-awtorijajiet tal-football Franċiż qed jikkunsidraw li jerġgħu jibdew il-kmapjonat, fit-3 jew is-17 ta’ Ġunju li ġej, b’din tal-aħħar tkun l-aktar data possibbli.

Serie A fl-Italja: Il-Federazzjoni tal-Football Taljana (IFF) qed tittama li tibda tittestja lill-players għall-virus fil-bidu ta’ Mejju, bi preparazzjoni biex jitkompla l-istaġun.Bottom of Form

Share With: