“Il-Covid-19 jinqered bir-raġġi tax-xemx”; Espert Amerikan joffri tama li l-imxija tiġi kkontrollata matul is-sajf

Il-Covid-19 jinqered fi żmien qasir permezz tax-xemx. Din hija l-konklużjoni ta’ riċerka ġdida li tħabbret minn uffiċjal għoli Amerikan, għalkemm l-istudju għadu ma sarx pubbliku u għadu jrid jgħaddi minn evalwazzjoni esterna.

William Bryan, konsulent xjentiku u għat-teknoloġija għall-White House, f’konferenza tal-aħbarijiet lil ġurnalisti qal li sab li raġġi ultraviolet joqtlu lill-virus, b’dan jgħolli t-tama li l-imxija tal-virus taf ittaffi sew matul ix-xhur tas-sajf.

Bryan qal li “l-aktar osservazzjoni importanti li għamilna s’issa hija li r-raġġi tax-xemx jidhru li joqtlu lill-virus, kemm fuq oġġeti u kif ukoll fl-arja”.

Tenna li “rajna effett simili kemm f’temperaturi u umdità għolja”.

Madankollu l-istudju għad irid jiġi pubblikat u għaldaqstant huwa diffiċli għal esperti biex jikkummentaw dwar il-metodoloġija li ntużat.

Share With: