Il-Covid-19 tħalli vittmi partikolari

L-aħwa Antonio u Emanuele Filippini li kienu jilagħbu ma’ Lazio u Brescia rispettivament kif ukoll il-goalkeeper ta’ Udinese Simone Scuffet kellhom l-agħar ġurnata ta’ ħajjithom meta tilfu wieħed mill-għeżież tagħhom minħabba l-pandemija tal-coronavirus.

L-aħwa Filippini tilfu lill-ommhom Teresa li mietet fl-isptar ta’ Brescia fl-etá ta’ 74 sena wara li tilfet battalja ta’ tliet ġimgħat kontra dan il-virus.

Mill-banda l-oħra Scuffet tilef lin-nannu tiegħu Giovanni Visintini li kellu 91 sena u li ġie ttestjat b’mod pożittiv ftit tal-jiem ilu. Huwa miet fl-isptar ta’ Remanzacco, fil-provinċja ta’ Udine.

L-Italja huwa wieħed mill-aktar pajjiżi li ntlaqtu ħażin mill-coronavirus hekk kif s’issa b’kollox mietu 24,648 persuna.

Share With: