Il-FIFA tipproponi żieda fin-numru ta’ sostituzzjonijiet

Il-FIFA pproponiet biex tħalli lit-timijiet jagħmlu sa ħames sostituzzjonijiet waqt logħba biex jgħinu lill-players jirritornaw jilagħbu wara l-imxija tal-coronavirus. It-timijiet jidher li se jitħallew biss tliet ħinijiet biex jagħmlu l-bidliet flimkien mal-ħin tal-mistrieħ, bl-iskop ikun dak li jiġi evitat waqfien bla bżonn.

Dawn il-ħsibiijet biex jgħinu lill-players fir-ritorn tagħhom wara waqfa twila, huma suġġett għall-approvazzjoni tal-International Football Association Board (IFAB), jiġifieri l-bord li hu responsabbli għar-regoli tal-logħba.

Kelliem għall-FIFA qal li meta jirritorna l-football mistenni jkun hemm konġestjoni ta’ logħob u s-sigurtà hi waħda mill-prijoritajiet tal-assoċjazzjoni dinjija tal-football. Jekk ikunu approvati, il-proposti tal-FIFA se jkunu jgħoddu wkoll għall-istaġun 2020/21. Dawn jinkludu l-logħbiet internazzjonali kollha kif ukoll il-Kampjonat Ewropew li ġie sospiż għas-sena d-dieħla.

Share With: