Il-finali tal-UEFA Champions League għal Awwissu?


Il-pandemija tal-coronavirus qed tbiddel id-dinja, inkluża d-dinja tal-football. Tant hu hekk, li l-clubs, eżekuttivi u assoċjazzjonijiet kollha jeħtieġu li jerġgħu jikkunsidraw il-ħinijiet u l-eżitu għall-istaġuni li ġejjin.

Iżda l-ewwelnett, se jkun hemm bżonn li tinstab soluzzjoni għall-istaġun preżenti li l-UEFA trid ittemm akkost ta’ kollox.

Il-federazzjoni Ewropea ddeċidiet li “twaqqa’” l-iskadenza tat-30 ta’ Ġunju: il-kuntratti se jiġu estiżi biex jippermettu lill-players ikomplu jilagħbu għal dan l-istaġun anke jekk jibqa’ sejjer sa Awwissu.

Il-UEFA qed tipproponi li l-kampjonat iridu jintemmu sat-3 ta’ Awwissu. Iżda kollox għandu jiġi deċiż skond is-sitwazzjoni tal-pandemija tal-coronavirus.

Il-Federazzjoni Ewropea għandha l-intenzjoni li l-kampjonati rispettivi jintemmu fil-grounds u mhux fuq il-mejda.

Għaldaqstant qed tiġi studjata wkoll id-data tal-15 ta’ Awwissu li fiha tintlagħab il-finali tal-UEFA Champions League.

Għad hemm diversi għażliet x’jiġu diskussi iżda l-intenzjoni hija li l-logħob kollu taż-żewġ kompetizzjonijiet jintlagħbu fuq partita waħda u mhux fuq żewġ legs. Dan biex jitħaffef il-proċess.

Share With: