Il-Fondazzjoni MAPFRE talloka €35 miljun biex twaqqaf it-tixrid ta’ COVID-19, waqt li tgħin lill-familji u tipproteġi l-impjiegi

• €20 miljun se jintużaw għal xiri ta’ ventilaturi, u apparat prottetiv mediku biex jgħinu fil-ġlieda kontra l-marda f’27 pajjiż

• €5 miljun ingħataw lill-Kunsill Nazzjonali ta’ Riċerka Spanjola (CSIC) biex titħaffef ir-riċerka dwar il-vaċċin kontra COVID-19

• €10 miljun se jintużaw biex jipprovdu appoġġ psikoloġiku, ħtiġijiet bażiċi,  biex jinħolqu l-impjiegi u biex jingħataw pariri lil dawk li jaħdmu għal rashom

• Il-Fondazzjoni għaddeja wkoll b’kampanja biex tħeġġeġ donazzjonijiet fuq is-sit tagħha u programm volontarju biex jipprovdi appoġġ lill-anzjani.

Fid-dawl tal-emerġenza maħluqa mill-kriżi tal-koronavirus, il-Fondazzjoni MAPFRE 

ħabbret il-pjanijiet tagħha li talloka €35 miljun għal diversi proġetti internazzjonali bl-għan li tipproteġi aħjar il-popolazzjoni kontra l-virus, tgħin lill-gruppi l-aktar żvantaġġjati tas-soċjetà, u tgħin lid-dinja biex toħroġ minn din il-kriżi bl-inqas impatt possibbli. Dan se jsir permezz ta’ żewġ modi – appoġġ għar-riċerka dwar COVID-19, fejn kienu allokati €5 miljun, u permezz ta’ somma oħra biex jinxtraw ventilaturi u tagħmir protettiv mediku u personali biex jintuża minn djar tal-anzjani, sptarijiet u ċentri mediċi madwar 27 pajjiż differenti. Għall-akwist ta’ dan, kienu allokati €20 miljun.

Il-Fondazzjoni MAPFRE  allokat ukoll 10 miljun ewro biex tappoġġja inizjattivi fi Spanja bl-għan li tipprovdi assistenza psikoloġika lil ċittadini li tilfu membru tal-familja, u biex toffri kumpanija għal persuni anzjani f’dawn il-mument, permezz tal-volontarjat, biex timmanifattura ventilaturi u tagħmir protettiv personali; biex tqassam il-ħtiġijiet bażiċi; u biex toħloq impjiegi permezz ta ‘għajnuna, b’attenzjoni partikolari fuq intrapriżi żgħar u medji u dawk li jaħdmu għal rashom.

Impenn għar-riċerka

Il-Fondazzjoni MAPFRE tat €5 miljun lill-Kunsill Nazzjonali Spanjol tar-Riċerka (CSIC), bil-għan li tħaffef ir-riċerka fir-rigward ta’ SARS-CoV-2, li kkawżat il-pandemija COVID-19, u b’hekk tiġġieled il-marda. Din l-għajnuna se tippermetti lis-CSIC iwettaq studju komprensiv dwar din il-pandemija, biex b’hekk wieħed jifhem aħjar l-mekkaniżmi tat-trażmissjoni tiegħu u

 jiffaċilita mhux biss il-ħolqien tal-vaċċin, iżda wkoll bażi xjentifika għal protezzjoni aħjar tal-popolazzjoni kontra pandemiċi fil-futur.

Il-Fondazzjoni ffinanzjat ukoll l-iżvilupp u l-manifattura ta’ prototip ta’ ventilatur biex jintuża biex jgħin lil dawk l-aktar milquta minn dan il-virus. Dan l-apparat kien iddisinjat minn The Open Ventilator, tim ta ‘riċerkaturi Spanjoli, bl-appoġġ ta’ Universidad Rey Juan Carlos, u Celera, u wasal biex jikseb awtorizzazzjoni ta’ prova klinika mill-AEMPS (L-aġenzija Spanjola ta’ mediċini u apparat mediku) biex jittestjaw r-riżultati tagħhom u jippermettu l-produzzjoni ta’ dawn il-ventilaturi. F’dan ir-rigward, il-Fondazzjoni ħabbret ukoll li qed tipprovdi materjal lil voluntiera minn Universidad Francisco de Vitoria u E-Rescue għall-manifattura ta ’madwar 50,000 biċċa ta’ tagħmir protettiv, inklużi maskri tal-wiċċ tad-drapp, li qed jiġu mqassma lill-ħaddiema tal-kura tas-saħħa.

Tagħmir mediku ta’ emerġenza f’27 pajjiż

Il-Fondazzjoni se tagħti total ta’ €20 miljun lil 27 pajjiż għall-akkwist ta’ tagħmir mediku, tagħmir protettiv personali u ventilaturi, u biex jinħolqu spazji li jintużaw f’każ ta’ emerġenza, kif ukoll biex isiru testijiet dijanostiċi relatati ma’ COVID-19.

Il-pajjiżi li se jirċievu l-akbar ammonti jinkludu Spanja (€3,500,000), il-Brażil (€3,081,000), l-Istati Uniti (€1,911,000), il-Messiku (€1,028,000), u l-Paragwaj (€851,794). Dawn kienu allokati skont id-daqs tal-pajjiż kif ukoll skond l-Indiċi Globali tas-Sigurtà tas-Saħħa (GHS), li 

jindika kemm il-pajjiż huwa ppreparat għal pandemija potenzjali.

S’issa, il-Fondazzjoni MAPFRE wettqet l-azzjonijiet li ġejjin. Fil-Perù, b’kollaborazzjoni mal-APESEG (L-assoċjazzjoni nazzjonali tal-kumpaniji tal-assigurazzjoni Peruvjana), xtrat total ta’ 160 ventilatur; fil-Brażil, u b’kollaborazzjoni ma ‘l-Isptar Albert Einstein f’Sao Paulo, qed ikunu kreati spazji ta’ kura intensiva (ICUSs) fi sptar ġdi li qed jinbena; u, fir-Repubblika Dominikana, b’kollaborazzjoni maċ-Ċentru Finanzjarju BHD León, ħabbret donazzjoni lill-Ministeru tas-Saħħa Pubblika tal-pajjiż biex tiffaċilita 28,000 testijiet dijanjostiċi PCR bla ħlas għall-iskoperta ta’ COVID-19.

Barra minn hekk, qed tippjana li tixtri 150 ventilaturi (50 għal Spanja u 100 għall-Amerika Latina), u tistenna li tqassam total ta’ 100,000 maskri FFP2, 525,000 maskri kirurġiċi, 3,000 par ta’ nuċċalijiet ta’ sigurtà, 130,000 ilbies li jintremew u 750,000 par ingwanti għall-djar tal-anzjani, sptarijiet, u kumpaniji tal-assistenza soċjali. 

Tagħmir għall-sanitazzazzjoni

Il-Fondazzjoni MAPFRE ħabbret ukoll il-finanzjament ta’ żewġ mobile sanitization units mogħtija lill-pulizija nazzjonali Spanjola. Dawn għandhom valur ta’ €15,000, u huma bbażati fuq teknoloġija mill-aktar avvanzata, iddisinjata fl-Università ta’ Alcalá de Henares, u kapaċi tferrex diżinfettant partikolari li huwa ferma effettiv.

Ħtiġijiet bażiċi u appoġġ edukattiv

Il-Fondazzjoni qed taħdem sabiex ittejjeb is-sitwazzjoni ta’ familji żvantaġġati, li ntlaqtu l-aktar mill-kriżi u, b’hekk qed tiffoka l-isforzi tagħha fuq elementi fundamentali bħall-ikel u l-appoġġ edukattiv. F’dan ir-rigward, fi ħdan il-programm Sé Solidario, donazzjonijiet se

se jintlaqgħu minn organizzazzjonijiet żgħar madwar Spanja, bħall-Assoċjazzjoni Mi Princesa Rett, il-Fondazzjoni Ana Carolina Díez Mahou , il-Fondazzjoni Tengo Hogar, Cáritas Diocesana u Altamar, fost oħrajn, biex tgħinhom jixtru essenzjali bażiċi bħall-ikel, u prodotti għat-tindif u l-iġjene tal-ġisem.

Ladarba l-istat ta ’emerġenza jkun normalizzat, Il-Fondazzjoni MAPFRE qed tippjana li talloka €200,000 euro biex tniedi kampanja ta’ solidarjetà biex l-istudenti li jinsabu f’riskju ta’ esklużjoni jibdew is-sena skolastika l-ġdida.

Appoġġ psikoloġiku

Il-Fondazzjoni MAPFRE, b’kollaborazzjoni ma’ Grupo Luria u l-assoċjazzjoni nazzjonali tas-servizzi tad-difna ta’ Spanja, se tipprovdi appoġġ psikoloġiku lil persuni li tilfu membru tal-familja minħabba l-koronavirus. Psikologi u speċjalisti minn Grupp Luria, se jagħtu appoġġ lil dawk l-iktar milquta permezz tat-telefown/onlajn waqt li jkomplu jissoreveljaw l-każ kif meħtieġ.

Impjieg u konsulenza għal dawk li jaħdmu għal rashom

Il-ħolqien ta’ impjiegi u t-tisħiħ tal-impjiegi huwa għan ieħor ta’ dan is-sett straordinarju ta’ miżuri, li il-Fondazzjoni se twettaq fl-2020 permezz ta’Accedemos, programm ta’ impjieg għal ħaddiema li jaħdmu għal rashom kif ukoll intrapriżi żgħar. Se timplimenta wkoll pjan biex tipprovdi appoġġ immedjat għal ħaddiema li jaħdmu għal rashom, sabiex tipprovdihom b’konsultazzjonijiet telefoniċi ma’ speċjalisti mill-Asociación de Trabajadores Autónomos u tiġġenera pariri prattiċi dwar kif kif iwettqu proċeduri amministrattivi, japplikaw għal għajnuna finanzjarja u aktar. Għal dan, il-Fondazzjoni MAPFRE qed talloka € 5,575,000.

Donazzjonijiet u volontarjat

Permezz tal-programm Sé Solidario, Fundación MAPFRE nediet kampanja ta’ donazzjonijiet msejħa “Ahora a por Ellos” fuq is-sit www.fundacionmapfre.org bil-għan li tissodisfa l-ħtiġijiet urġenti ta’ persuni anzjani li huma waħedhom u li jbatu minn problem ta’ saħħa u dawk finanzjarji. Għal dan il-għan, il-kumpanija għandha tirdoppja l-kontribuzzjoni għal massimu ta’ €300,000.

Id-distribuzzjoni ta’ din l-għajnuna se tkun ikkoordinata ma’ CEOMA (Il-konfederazzjoni Spanjola ta’ organizzazzjonijiet ta’ nies ta ċertu età) u se tkun mgħoddija permezz ta’ assoċjazzjonijiet żgħar minn madwar Spanja u kollaboraturi lokali. Parti ewlenija tal-programm ta’ volontarjat tagħha, il-proġett “A Voice Voice”, għandu l-għan li jipprovdi appoġġ telefoniku mill-qrib, uman u emozzjonali lil nies anzjani li bħalissa qegħdin ibatu mis-solitudni u huma iżolati fi djarhom. Din l-inizjattiva se titwettaq b’kollaborazzjoni mal-Grupp Senda u grazzi għall-ħidma tal-voluntiera.

“Ninsabu kollha msejħa biex nieħdu azzjoni”

“Il-ġlieda kontra l-koronavirus tinvolvi s-setturi kollha tas-soċjetà. Istituzzjonijiet, bħall-Fondazzjoni MAPFRE, huma msejħa issa aktar minn qatt qabel biex jieħdu azzjoni, b’miżuri ta’ solidarjetà li jippromwovu l-koeżjoni soċjali u l-opportunitajiet indaqs,” qal Antonio Huertas, il-president tal-organizzazzjoni. Hu esprima x-xewqa tiegħu biex aktar kumpaniji jingħaqdu f’dan l-isforz biex jgħinu lil dawk l-aktar dgħajfa, biex jgħinuhom f’dawn iż-żminijiet diffiċli biex b’hekk id-dinja toħroġ minn din il-kriżi bl-inqas impatt possibli.

Share With: