Il-Gvern mistenni jniedi pakkett ta’ garanziji lill-banek… biex isellfu lill-intrapriżi fil-bżonn

Minn Melvin Farrugia

Il-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji, Edward Scicluna żvela ma’ Inewsmalta li l-Gvern Malti ħejja pakkett fejn mistenni joffri miljuni kbar ta’ garanziji lill-banek, biex permezz tagħhom dawn ikunu jistgħu jsellfu (għax ikollhom il-garanzija tal-Gvern) lil kull intrapriża li għandha bżonn. 

Scicluna qal li dan il-pakkett se jkun qiegħed jiġi mniedi aktar tard mill-Gvern, filwaqt li sostna li dan kien possibbli li jsir għax il-Kummissjoni Ewropea llaxkat l-irbit li kellha fuq il-pajjiżi dwar dak li jistgħu jagħmlu biex jgħinu lill-kumpaniji tagħhom – dak li jissejjaħ bħala state aid. 

Hu spjega li kienet il-viċi-President Eżekuttiv tal-Kummissjoni Ewropea, Margrethe Vestager li daħlet f’din il-kwistjoni u ħabbret sett ta’ miżuri rigward l-istate aid biex il-Gvernijiet japprovaw aktar miżuri minn dan it-tip. 

Il-Ministru Scicluna tkellem ma’ inewsmalta wara li staqsejnieh rigward in-nuqqas ta qbil dwar il-pjan ta’ rkupru fuq livell Ewropew. Intervista sħiħa mal-Ministru Scicluna se tkun qiegħda tiġi ppubblikata aktar tard fuq inewsmalta.

Share With: