Il-gvern se jagħti għajnuna lill-mezzi tax-xandir

Illum saru numru ta’ laqgħat mal-mezzi tax-xandir ta’ pajjiżna fejn matulhom ġie kkomunikat li l-Gvern se jkun qed jagħti għajnuna, inkluż finanzjarja, sabiex matul dan il-perjodu diffiċli ta’ Covid-19, mezzi tal-komunikazzjoni bħal televiżjoni, radju, gazzetti, u news portals jibqgħu joperaw.

Fi staqarrija maħruġa minnu l-Gvern qal li qed juri l-impenn tiegħu lejn dan is-settur għax jemmen li l-mezzi tal-komunikazzjoni huma parti integrali mid-demokrazija f’pajjiżna u għodda importanti fit-tisħiħ tal-libertà tal-espressjoni—ukoll għax il-mezzi tax-xandir għandhom dmir akbar bħalissa li jittrasmettu u jwasslu l-messaġġ tagħhom fid-djar fl-istess waqt li n-nies qed ikunu mħeġġa jibqgħu ġewwa.

Share With: