Il-GWU tesiġi li tiġi osservata d-deċiżjoni tal-BOV għall-benefiċċji tas-saħħa tal-ħaddiema

Il-BOV b’miżura biex nhar ta’ Sibt ma jiftaħx għall-pubbliku minħabba r-riskju għoli u bla bzonn fil-kriżi preżenti

Il-GWU tinsab perplessa minħabba l-fatt li miżura biex tipproteġi s-saħħa tal-ħaddiema tas-settur bankarju kif ukoll il-klijenti tagħhom, ġiet imdawra fl-aħħar ħinijiet minħabba pressjoni minn uħud li ma jridux jaddattaw għas-sitwazzjoni unika li kulħadd għaddej minnha.

Il-Bank of Valletta ħa miżura biex nhar ta’ Sibt ma jiftaħx għall-pubbliku minħabba r-riskju għoli u bla bzonn fil-kriżi preżenti. Il-pubbliku għandu mit-Tnejn sal-Ġimgħa biex issarraf iċ-ċekkijiet, apparti li għal ħafna pensjonanti din tidħol direttament fil-kont bankarju tagħhom. Spjegat li hemm l-użu tal-ATMs, cards u l-online banking li fiċ-ċirkostanzi huma aktar siguri u l-awtoritajiet għandhom jippromwovu dawn il-metodi.

Il-GWU għaddejja b’taħdidiet mal-entitajiet konċernati biex miżuri għall-protezzjoni tas-saħħa għal kulħadd ma jiġux iminati. L-Unjin tesiġi li bħal ma ttieħdu deċiżjonijiet li jitnaqqas il-ħin tal-operat f’postijiet oħra fejn jingħataw xi servizzi, id-deċiżjoni li kienet ittieħdet mill-Management tal-BOV li l-ferghat tiegħu ma jiftħux nhar ta’ Sibt, tiġi osservata għall-benefiċċju tas-saħħa tal-ħaddiema.

Share With: