Il-GWU u l-Partit Laburista jfakkru l-istrajk ta’ 62 sena ilu li wasslu biex jiġi dikjarat strajk ta’ emerġenza mill-Ingliżi

Aktar kmieni llum is-Segretarju Ġenerali tal-General Workers’ Union (GWU) Josef Bugeja, flimkien mad-Deputat Segretarju Ġenerali Kevin Camilleri fakkar 62 sena minn meta kien sar strajk ġenerali ordnat mill-General Workers Union u bdew l-irvellijiet li wasslu għal stat ta’ emerġenza ddikjarat mill-ħakkiem Ingliż.

Il-Partit Laburista wkoll fakkar dan il-jum storiku, bil-Prim Ministru Robert Abela jpoġġi kuruna tal-fjuri fuq l-istess mafkar.

Din il-ġrajja storika timmarka l-mixja ta’ pajjiż li kien għadu maħkum mill-madmad tal-barrani, iżda ulied dan il-pajjiż iġġieldu għas-sovranità li llum għandna b’sisien tant sodi.

Għal din iċ-ċerimonja, kien hemm preżenti l-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela fejn poġġa bukkett fjuri f’riġlejn il-mafkar fil-pjazza ta’ Raħal Ġdid.

Ritratti: ALAN SALIBA

Share With: