Il-Kampjonat Premier u l-FA Trophy biss se jintlagħbu jekk jingħataw il-permess

Meta ltaqa’ l-Kumitat Eżekuttiv tal-MFA permezz ta’ video conference, ġie deċiż li jintlagħbu biss il-Kampjonat Premier u l-FA Trophy jekk jingħataw il-permess mill-Awtoritajiet Sanitarji minħabba l-pandemija tal-coronavirus.

Dan ifisser li l-kampjonati tal-Ewwel, it-Tieni u t-Tielet Diviżjoni, flimkien ma’ dawk Għawdxin, tan-Nisa u l-Futsal, ġew kanċellati.

Fil-25 ta’ Mejju, l-MFA se tiltaqa’ mal-Ministru Chris Fearne biex tittieħed deċiżjoni finali jekk il-kampjonat jissoktax f’Ġunju u Lulju.

Sadanittant, fil-jiem li ġejjin l-MFA se tieħu deċiżjonijiet dwar l-eżitu tal-kampjonati li ġew kanċellati.

Share With: