Il-Kardinal Pell meħlus mill-ħabs wara li tbiddlet is-sentenza fuq allegat abbuż sesswali fuq it-tfal

Il-Kardinal George Pell, li għandu 78 sena, inħeles mill-ħabs wara li l-ogħla Qorti Awstraljana biddlet is-sentenza tiegħu fuq allegat abbuż sesswali tat-tfal. 

Fl-2018, l-eks teżorier tal-Vatikan kien instab ħati li abbuża minn żewġ subien f’Melbourne fis-snin disgħin u kien ikkundannat sitt snin ħabs. 

Iżda l-ogħla Qorti fl-Awstralja temmet din is-sentenza, wara li seba’ Imħallfin iddeċidew favur il-Kardinal Pell billi sabu li l-ġurija ma kinitx ikkunsidrat l-evidenza kollha li kienet ġiet preżentata.

Il-każ tiegħu kien ħasad il-Knisja Kattolika, wara li huwa kien wieħed mill-aktar konsulenti anzjani tal-Papa.

“Dejjem żammejt kontinwament, l-innoċenza tiegħi waqt li kont qed insofri minn inġustizzja serja,” qal il-Kardinal Pell fi stqarrija wara d-deċiżjoni. Huwa kien serva 400 jum mis-sentenza tiegħu.

Share With: