Il-konsorzju Townsquare jwaqqaf l-iskavar tal-proġett f’Tas-Sliema

Jagħmel dan bħala turija ta’ rispett lejn ir-residenti li qegħdin kwarantina

Il-partijiet ikkonċernati li qed jaħdmu fuq il-proġett ta’ Townsquare f’Tas-Sliema ħabbru li bħala turija ta’ rispett lejn ir-residenti li minħabba l-imxija tal-COVID-19 qed iqattgħu aktar ħin id-dar, se jkunu qed jissospendu l-iskavar ta’ dan il-proġett.

Kelliem għal dan il-proġett qal li huma jifhmu li l-maġġoranza tal-ġirien ta’ dan il-proġett qegħdin fi kwarantina u għalhekk storbju żejjed jista’ jżid l-istress li wieħed iħoss maqful f’daru. Il-kuntratturi, Polidano Brothers Ltd. qablu ma’ din id-deċiżjoni.

Share With: