Il-mozzjoni tal-Oppożizzjoni biex l-isptarijiet ta’ Steward jerġgħu lura f’idejn il-Gvern ma tgħaddix

Il-mozzjoni mressqa mill-Oppożizzjoni biex l-isptarijiet ta’ San Luqa, ta’ Karin Grech u dak ta’ għawdex jerġgħu lura f’idejn il-Gvern m’għaddietx. Disgħa u għoxrin ivvotaw favur il-mozzjoni, b’35 jivvotaw kontra.

Intant fl-intervent tiegħu fil-Parlament il-Prim Ministru Robert Abela qal li t-taħditiet ma’ Steward jinsabu għaddejjin dwar x’se jiġri ’l quddiem.

Fl-istess waqt huwa qal li fost l-opzjonijiet li hemm fuq il-mejda hemm dik li l-kuntratt jiġi revokat. Iż-żewġ l-opzjonijiet l-oħrajn huma li l-kuntratt attwali jibqa’ fis-seħħ u jibqa’ jiġi onorat, jew inkella li jsirulu emendi.

Il-Prim Ministru tenna li kieku ma kinitx għall-kriżi tal-pandemija tal-Covid-19, kieku diġà ttieħdet deċiżjoni finali dwar din il-kwistjoni.

Share With: