Il-pandemija tal-coronavirus twassal għal tnaqqis fl-applikazzjonijiet għal-ażil fl-UE

L-applikazzjonijiet għall-ażil fl-Unjoni Ewropea niżlu bi kważi bin-nofs matul ix-xahar ta’ Marzu kaġun tal-miżuri għall-konteminent kontra l-pandemija tal-Covid-19. Dan it-tnaqqis kien reġistrat wara li matul l-ewwel xahrejn tas-sena il-livell ta’ applikazzjonijiet kien meqjus bħala wieħed għoli.

Ċifri li kienu ppubblikati mill-Ufiċċju Ewropew għall-Appoġġ għal Ażil (EASO) juru li f’Marzu kienu ppreżentati 34,737 applikazzjoni fil-pajjiżi kollha tal-UE, tnaqqis ta’ 43% minn Frar.

Qabel ma l-pandemija tal-Covid-19 infirxet fl-Ewropa, l-applikazzjonijiet kienu żdiedu b’paragun mal-istess perjodu tas-sena preċedenti. Iż-żieda reġistrata kienet ta’ 16% fuq il-perjodu Jannar-Frar tal-2019. Intant matul l-ewwel xahrejn ta’ din is-sena kienu ntefgħu 65,300 applikazzjoni u 61,100 applikazzjoni.

Dan ifisser li t-tnaqqis li kien reġistrat fix-xahar ta’ Marzu mhumiex indikattivi ta’ bidla fit-trend ta’ migrazzjoni b’talba għal ażil f’pajjiżi membri tal-UE, iżda huwa attribwit għall-miżuri li ddaħħlu fis-seħħ matul dan ix-xahar biex jilqgħu kontra l-pandemija.

Share With: