“Il-pandemija tirrikjedi lil kullħadd, anke l-istituzzjoniijet Ewropej, biex jadattaw għal realta’ ġdida”

Minkejja l-Covid-19, il-Qorti kommessa li tipprovdi servizz ta’ verifika effettiv għaċ-ċittadini kollha

Miktub minn Matthew Charles Zammit

F’kumment lil inewsmalta, ir-rappreżentant Malti fi ħdan il-Qorti Ewropea tal-Awdituri Leo Brincat, iddiskuta l-impatt li l-pandemija tal-Covid-19 ħalliet fuq l-operat tal-Qorti, l-istituzzjonijiet Ewropej, kif ukoll fuq l-Unjoni Ewropea in ġenerali.

“Nappellaw lil kull ċittadin biex jimxu mal-linji gwida maħruġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa”

Mistoqsi jekk il-Qorti Ewropea għandhiex tikkunsidra l-impatt tal-pandemija fuq l-operat tal-istituzzjonijiet meta tiġi għall-verifiki preżenti u futuri tagħha, Brincat wieġeb fl-affirmattiv.

“Kif huwa l-każ in ġenerali meta jidħlu l-verifiki tagħna, dejjem meta din hija relevanti u propju, irridu nibqgħu nikkunsidraw kwalunkwe ċirkostanzi ġodda. Din naturalmen tapplika għall-pandemija tal-Covid-19.”

Brincat esprima wkoll is-sodisfazzjoni tal-Qorti Ewropea lejn dawk il-ħaddiema kollha li qegħdin jaħdmu bis-sħiħ fil-qasam mediku, kif ukoll tal-pulizija u l-protezzjoni ċivili: “Irridu nesprimu l-appoġġ tagħna lil dawk kollha effetwati, kif ukoll il-familji tagħhom. Nappellaw lil kull ċittadin biex jmxu mal-linji gwida ppubblikati mill-awtoritajiet tas-saħħa u s-sigurta’ rispettiva tagħhom.”

“Il-Qorti tkompli tipprovdi servizz ta’ verifika effettiv għaċ-ċittadini kollha tal-UE”

Intant, ir-rappreżentant Malti ddeskriva wkoll il-mod kif l-operat tal-Qorti kellu jinbidel, bħala kawża diretta tal-Covid-19. “Ħadna bosta miżuri ta’ prekawżjoni, fosthom li naqqasna n-numru ta’ persuni fl-uffiċċji tagħna għall-minimu possibblil, kkanċellajna kull tip ta’ vjaġġar, u pposponejna numru ta’ inizjattivi u attivitajiet interni li kellna.”

“Il-ħaddiema tagħna kollha qegħdin jaħdmu mid-dar, apparti numru żgħir li qegħdin jaqdu funzjonijiet kruċjalil. Dan biex l-attivitajiet essenzjali tal-istituzzjoni jibqgħu għaddejjin, bl-inqas tfixkil possibbli. Fl-istess ħin, ħadna l-passi neċessarji biex, f’dawn iż-żminijiet diffiċli, nkomplu kemm jista jkun nipprovdu servizz ta’ verifika pubbliku effettiv fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Biex niggarantixxi l-kontinwita fi ħdan l-operat u x-xogħol tal-istituzzjoni, il-Qorti qegħda taqdi l-obbigi tagħha, tramite l-użu ta’ tagħmir teknoloġiku bħat-teleworking u l-videoconferencing.

“Aħna bħala l-Qorti Ewropea tal-Awdituri, kommessi li nimmitgaw l-effetti ta’ din il-kriżi tas-saħħa, u nimminimizzaw ir-riskju għall-ħaddiema tagħna kolllha. Il-pandemija Covid-19 tirrikjedi lil kulħadd biexd jaddatta għal din ir-realta’ ġdida: Din tapplika wkoll għall-istituzzjonbijiet u l-korpi kollha tal-Unjoni Ewropea.”

“Għadu prematur biex isir ġudizzju fuq l-operat tal-istituzzjonjiet tal-UE b’reazzjoni għall-Covid-19”

Hekk kif il-kontinent Ewropew sar l-epiċentru tal-pandemija Covid-19, bl-Italja, Spanja u Franza uħud mill-iktar pajjiżi milquta medikalment u finanzjarjament, saqsejna lil Brincat jekk fl-opinjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, ir-risposta tal-istituzzjonijiet Ewropej kinitx waħda suffiċjenti. Huwa wieġeb li “hemm żmien għal kollox pero jidher biċ-ċar, hekk kif qegħdin jiżvolġu l-affarijiet ġurnata b’ġurnata, li għandu jkollna tweġiba għal din il-mistoqsija iktar tard.”

“Bħal kull ċittadin, aħna konxji tal-fatt li din hija sitwazzjoni bla preċedent, fejn il-kriżi qegħda tiżvolġi ta’ kuljum, u li hemm bżonn l-impenn ta’ kulħadd biex nillimitaw l-effetti tal-pandemija. L-attenzjoni ta’ kulħadd, inklużi dawk tal-esperti fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea, hija bir-raġun iffokata kompletament fuq li nipproteġu s-saħħa u l-għajxien ta’ kulħadd.”
“Madanakollu, f’dan l-istadju, għadu kmieni wisq biex nipprevedu kif sejra tkompli tiżvolġi din il-kriżi, u għalhekk, huwa prematur biex isir ġudizzju issa fuq jekk ir-risposta tal-Unjoni Ewropea kinitx adekwata jew le.”

Share With: