Il-players ta’ Atletico Madrid jaċċettaw tnaqqis ta’ 70% mis-salarju tagħhom

Atletico Madrid ħabbru li l-players tagħhom aċċettaw li jieħdu tnaqqis ta’ 70% mis-salarju tagħhom bħala turija ta’ solidarjetá mal-bqija tal-impjegati li jaħdmu fi ħdan il-club, f’din is-sitwazzjoni li ġabet magħha l-pandemija tal-coronavirus.

Dan ifisser li l-players ta’ Atletico segwew lil dawk ta’ Barcelona li ftit tal-jiem ilu aċċettaw dan it-tnaqqis.

Atletico jħaddmu 430 impjegat u fit-tentattiv li ma jkeċċu lil ħadd talbu lil players għal dan it-tnaqqis fil-paga li jinkludi lill-players femminili, it-team B, u l-istaff tekniku.

Fi stqarrija qasira, il-club qal li minħabba l-kriżi ekonomika li għaddejja minnha d-dinja minħabba l-Covid-19, Atletico kellhom jieħdu miżuri drastiċi biex jissalvagwardjaw l-impjieg ta’ kulħadd. Fl-istess waqt, il-club esprima s-sodisfazzjon tiegħu li l-players aċċettaw li jerfgħu ftit mill-piż.

Share With: