Il-players ta’ Barcelona f’battibekk mal-bord tad-diretturi

Il-captain ta’ Barcelona. Lionel Messi, qal li l-players sħabu se jagħmlu kontribuzzjoni żejda minbarra l-qtugħ ta’ 70% li huma qablu li jieħdu waqt il-waqfa sfurzata ta’ La Liga biex b’hekk l-impjegati l-oħra tal-club ikunu jistgħu jaqilgħu s-salarju kollu tagħhom waqt il-kriżi tal-coronavirus.

Messi kien fost ħafna players ta’ Barca li ħarġu stqarrijiet identiċi fuq il-media soċjali biex jikkonfermaw id-deċiżjoni.

“Minbarra li naqqasna 70% mis-salarji tagħna waqt l-istat ta’ emerġenza nazzjonali, aħna se nagħmlu kontribuzzjoni biex l-impjegati tal-club ikunu jistgħu jaqilgħu s-salarju tagħhom kollu,” qal Messi fuq Instagram.

Meta rreaġixxa fuq il-kritika li l-players ma ħabbrux x’kienu se jagħmlu biex jgħinu lil ħaddieħor waqt il-pandemija, Messi qal: “Ma tkellimnix għax il-prijoritá tagħna kienet li nsibu l-aqwa soluzzjonijiet biex ngħinu lill-club u lil dawk l-iktar effettwati bis-sitwazzjoni.

Peró fil-veritá hemm battibekk għaddej bejn l-amministrazzjoni u l-players minħabba li dan il-qtugħ fil-salarji ma niżilx “tajjeb” ma kulħadd. Infatti Messi stess ħareġ jikkritika lill-bord tad-direttur għal mod ta’ kif din il-materja ġiet implimentata.

Min-naħa l-oħra, Messi ġie kkritikat għall-fatt li huwa jaqla’ €130 miljun fis-sena … u għaliex mar jaffronta lill-bord tad-diretturi biex jiġu megħjuna nies u ma jitilfux l-impjieg tagħhom. Il-kritika kienet tgħid li l-players jaqilgħu l-miljuni għax in-nies jagħmluhom l-idoli tagħhom … u issa ġie ċ-ċans għal players biex juru solidarjetá f’dawn iż-żminijiet diffiċli ….

Share With: