Il-Premier League Ingliż se jitkompla fiċ-Ċina?

Stramba imma vera. Jeżisti suġġeriment li l-Premier Ingliż jitkompla fiċ-Ċina … 5,000 mili ‘l bogħod mill-Ingilterra.

Bla dubju, din hija idea assurda u ironika għall-aħħar li dan il-kampjonat jitkompla fil-pajjiż li proprju oriġinat minnu l-pandemija tal-coronavirus.

Il-Ġimgħa wara nofs in-nhar, se ssir laqgħa bejn l-20 clubs tal-Premier Ingliż permezz ta’ video conference dwar l-eżitu tal-kampjonat fejn mistenni jiġi fformulat pjan biex jiġi salvat l-istaġun … kif ukoll biex ma jintilfux il-miljuni ta’ liri li l-clubs mistennija jieħdu mill-kuntratti televiżivi u mill-isponsors.

Minkejja li l-idea li kampjonat jitkompla fiċ-Ċina qed tiġi meqjusa bħala waħda farseska, hemm min qed jissuġġerixxi li proprju dan il-pajjiż huwa l-ewwel wieħed li qed ifiq minn dan il-virus u għaldaqstant il-players ma jkunux suxxettibbli li jistgħu jiġu infettati.

Peró, fir-realtá din l-idea mhijiex prattikabbli u ħafna qed iqisuha bħala farsa ….

Share With: