Il-President imħasseb bis-sitwazzjoni fil-Libja

Bid-dinja iffukata fuq l-imxija tal-coronavirus il-ġlied fil-Libja ma baqax jingħata daqshekk attenzjoni fil-media internazzjonali.

Madankollu s-sitwazzjoni f’dan il-pajjiż ġar għadha qed tħasseb bil-kbir lill-President tar-Repubblika George Vella.

Fuq il-media soċjali huwa rrimarka li għalkemm l-ewwel tħassib tagħna huwa l-coronavirus dak li qed jiġri fil-Libja huwa ta’ tħassib kbir ukoll.

Huwa staqsa kif tista’ l-UE tikkontrolla t-traffiku tal-armi f’dan il-pajjiż billi timblokka biss ir-rotot fil-baħar meta dawn jistgħu jiġu ittraffikati bl-ajru u mill-art.

“Il-konsegwenzi diżastrużi se jolqtuna ħażin lilhinn minn kemm qed tolqotna ħażin il-Covid-10”

Il-President George Vella
Share With: