Il-president ta’ Brescia lest li jċedi l-logħbiet jekk is-Serie A titkompla

Il-president ta’ Brescia, Massimo Cellino, ħabbar li jekk il-kampjonat Taljan jitkompla, huwa lest li jċedi kull partita.

Huwa saħaq li l-belt ta’ Brescia hija t-tielet l-agħar milquta fl-Italja mill-pandemija tal-coronavirus, b’aktar minn 8,500 każu aktar minn 1,300 mwiet.

“Dan l-istaġun ma fadallu l-ebda sens,” qal Cellino. “Il-fatt li kampjonat waqaf, l-ebda team m’hu se jirritorna bħal qabel. U minkejja li l-logħbiet se jintlagħbu bil-bibien magħluqa, hemm ir-riskju għas-saħħa tal-players. Aktar minn hekk, f’pajjiżna ma teżisti l-ebda atmosfera ta’ football … in-nies qed imutu!

“Jekk niġu sfurzati biex nilagħbu, jien se nordna lill-players tiegħi biex ma jinżlux għal-logħob … b’rispett lejn iċ-ċittadini ta’ Brescia u l-maħbubin tagħhom li m’għadhomx magħna,” temm jgħid Cellino.

Share With: