Il-Prim Ministru Ingliż mhux mistenni jillaxka l-miżuri tal-lockdown

Il-Prim Ministru Ingliż, Boris Johnson mistenni jħabbar li mhux bi ħsiebu jillaxka l-miżuri tal-lockdown, peress li għadu wisq kmieni biex ibiddel xi ħaġa. 

Johnson mistenni jħabbar dan fil-konferenza tal-aħbarijiet li jagħti minn Downing Street issa li reġa’ lura fl-uffiċċju tiegħu. Fil-fatt, din se tkun l-ewwel konferenza tal-aħbarijiet li se jkun qed jagħmel wara li hu stess kien mara bil-Coronavirus. 

Il-mexxej Ingliż mistenni jispjega wkoll dwar l-importanza li miżuri tad-distanzi soċjali jibqgħu fis-seħħ wara li rriżulta li l-Ingilterra għandha t-tielet l-agħar rata fid-dinja ta’ mwiet mill-Coronavirus ras imb’ras. 

Għaldaqstant, se jkun importanti li jżommu r-rata ta’ riproduzzjoni tal-virus baxxa, fejn persuna infettata tgħaddiha lil inqas minn persuna oħra fuq il-medja. 

Minħabba l-pandemija, jidher li Johnson se jkollu anke jittardja l-leave tal-paternità hekk kif għadu twelidlu ibnu. Filwaqt li f’ċirkostanzi differenti setgħet tagħmel ħoss li Prim Ministru ta’ 55 sena jkollu tifel, f’dawn iċ-ċirkostanzi li qed ngħixu fihom din taf kienet aħbar ħelwa għall-Ingliżi f’mument daqstant diffiċli.

Share With: