Covid Testing Pulizija

Il-Pulizija b’numru rekord ta’ multi f’ġurnata waħda

Il-forzi tal-ordni llum ħarġu 104 multi lil persuni li kienu fi gruppi ta’ aktar minn tliet persuni. Dan huwa numru rekord mindu tħabbret il-miżura mill-Gvern bil-għan li jikkontrolla l-imxija tal-Covid-19.

Apparti hekk ma twettqu wkoll 530 spezzjoni fir-rigward ta’ persuni li jinsabu fi kwarantina mandatorja u 295 spezzjoni b’rabta ma’ stabbilimenti li għalqu. F’dawn l-ispezzjonijiet ħadd ma nstab li kiser id-direttiva tal-Gvern.

Il-Pulizija intant ħarket 64 sewwieq għal sewqan eċċessiv, fi Triq il-Kosta, il-bypass ta’ San Pawl il-Baħar, u dik tal-Mellieħa fost oħrajn.

Share With: