Il-Pulizija ssolvi aktar każi ta’ serq bl-għajnuna tal-pubbliku

Raġel ta’ nazzjonalità Taljana kien arrestat mill-Pulizija tad-Distrett b’rabta ma’ serq f’San Ġiljan u fi Gwardamanġia. Dawn il-każijiet ġew solvuti wara li l-Pulizija segwiet rapporti li saru permezz tal-proċedura ġdida tar-rispons għas-servizzi mitluba mill-pubbliku, fejn dawn ir-rapporti saru online mingħajr il-bżonn li l-vittma ikun hemm għalfejn imur f’għassa.

Il-Pulizija tfakkar li rapporti għal reati li ma jinħtiġux l-assistenza immedjata tal-Pulizija jistgħu jsiru permezz tat-telephone fuq +356 2294 0000, online fuq is-sit
https://pulizija.gov.mt/opres, fuq l-app 112mt, jew jintbagħat imejl fuq pulizija@gov.mt.

Dan bil-għan li l-pubbliku u l-Pulizija jibqgħu protetti mill-imxija tal-Coronavirus, filwaqt li l-Korp tal-Pulizija jibqa’ impenjat li jkompli bl-operat normali u jagħti servizz lill-komunità, filwaqt li jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa.

Lokali
Share With: