Il-Pulizija tiċħad allegazzjonijiet li marret twaqqaf gzuz ta’ immigranti milli jgħixu flimkien

Fl-aħħar jiem, bdew jiċċirkolaw ritratti ta’ Pulizija li dehru deħlin fi stabbiliment li kien magħruf bħala l-eks-lukanda Paloma f’Buġibba. Beda jingħad li l-Pulizija marru f’din il-binja għax kien hemm mal-mitt immigrant jgħixu flimkien f’dan l-istabbiliment u li kien se jingħalaq għax xi ħadd minnhom kien ittestja pożittiv wara li kellu kuntatt ma’ xi immigrant miċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far.

Dwar dan, Inewsmalta staqsiet lill-Pulizija biex naraw jekk hux minnu li marret f’dan l-istabbiliment minħabba r-raġunijiet imsemmija.

Fir-risposta tagħha, il-Pulizija spjegat li fis-6 ta’ April irċeviet rapport minn uħud mir-residenti biex jagħtu assistenza. Spjegaw li mhuwiex minnu li ġew imsejħin minħabba r-raġunijiet li semmejna. Barra hekk, qalulna li marru fuq il-post, tkellmu mal-persuni relatati u għamlu anke l-investigazzjonijiet tagħhom. Fuq kollox, qalulna li mhux se jkunu qed jinħarġu akkużi rigward dan il-każ peress li min għamel ir-rapport ma jridx.

Share With: