Il-UEFA qed tippjana tliet logħbiet f’għaxart ijiem għan-Nations League

Il-manager ta’ Wales, Ryan Giggs, żvela l-pjan tal-UEFA biex tilgħab tliet logħbiet mill-kwalifikazzjoni tan-Nations League fi spazju ta’ għaxart ijiem li jistgħu jqanqlu tilwima bejn il-clubs kontra l-pajjiż.

Giggs qal li l-UEFA trid li dawn il-logħbiet isiru waqt il-waqfa internazzjonali f’Settembru u f’Ottubru, ħalli jippermettu biex f’Novembru jsiru l-play-offs tal-Kampjonat Ewropew li se jsir fis-sajf li ġej.

Iżda l-proposta tpoġġi lil Giggs u lil Gareth Southgate tal-Ingilterra, f’tilwima mal-kapijiet tal-Premier League minħabba konġestjoni ta’ logħbiet ikkawżata mill-lockdown tal-coronavirus.

Giggs qal: “Ikolli nippjana sena ‘l quddiem u nittamaw li l-logħob tan-Nations League jibda f’Settembru. Kien hemm xi ftit ta’ bidla, u għalhekk hija xi ħaġa li m’aħniex imdorrijin biha. Se jkun differenti, iżda bħal kulħadd, aħna qed nistennew li nerġgħu lura għall-football meta jkun kollox sigur, illum qabel għada.

“Konna qed nistennew bil-ħerqa li nippreparaw għall-Euro dan is-sajf li issa tressqet lura b’sena, iżda m’hijiex it-tmiem tad-dinja.

“Ovvjament li rridu li kulħadd jerġa’ lura għan-normalità aktar kmieni milli tard. Għalija, mhix daqstant problema daqs kemm hi għall-managers tal-Premier League. “

Wales ikkwalifikaw awtomatikament għall- finali tal-Euro tas-sena d-dieħla wara li spiċċaw fit-tieni post fi Grupp E wara l-Kroazja.

Share With: