Imut eks-president ta’ Marseille minħabba l-coronavirus
Tħabbret il-mewt tal-ex president ta’ Marseille, Pape Diouf, hekk kif safa vittma tal-pandemija tal-coronavirus. Huwa kellu 68 sena.
Nhar it-Tlieta huwa kellu jitlaq minn Dakar għal Nice fi Franza iżda l-ajruplan qatt ma telaq mis-Senegal.
Huwa twieled fiċ-Chad iżda kellu ċittadinanza Franċiża u Senegaliża. Huwa mexxa lill-club bejn l-2005 u l-2009 li fihom bena team biex fl-2010 rebħu l-kampjonat.
Fi tmiem il-ġimgħa huwa ttieħed b’urġenza l-isptar wara li kien qed ibati minn qtugħ ta’ nifs qawwi biex sar l-ewwel vittma fis-Senegal ta’ din il-pandemija.
Diouf kellu jittieħed fi sptar f’Nizza iżda minħabba l-fatt li saħħtu ddeterjorat, huwa ma setax jivvjaġġa … biex tilef il-ġlieda kontra dan il-virus qerriedi.
Huwa kien ukoll ġurnalist u aġent tal-players qabel ma ħa r-responsabbiltá tal-club ta’ Marseille.