Inter b’interess għal Lionel Messi

Inter se jippruvaw imorru jakkwistaw is-servizzi tal-attakkant ta’ Barcelona Lionel Messi.

L-ex president ta’ Inter, Massimo Moratti, jemmen li l-coach Antonio Conte kapaċi jġib lejn San Siro lill-istilla Arġentina. Lura fil-passat, l-istess Moratti wera x-xewqa li jixtri lil dan il-player iżda dakinhar it-trattativi ma waslu għall-ebda żvilupp.

Illum il-ġurnata Messi għandu 32 sena u jinsab fl-aħħar sena tal-kuntratt tiegħu mal-Blaugrana. Dan tal-aħħar ftit jinsab kuntent bis-sitwazzjoni fil-Katalunja u riċentement kellu kwistjoni mad-direttur tal-club Eric Abidal wara t-tneħħija ta’ Ernesto Valverde minn coach.

Share With: