Interess Spanjol għal José Callejon

Valencia qed jippruvaw jiksbu lill-winger ta’ Napoli José Callejon meta jerġa’ jiftaħ is-suq tat-trasferimenti tas-sajf.

It-team min-naħa t’isfel ta’ Spanja huwa lest joffri kuntratt ta’ tliet snin lill-player li għandu 33 sena u li ilu jilgħab ma’ Napoli għal dawn l-aħħar seba’ snin.

Callejon jixtieq jerġa’ jirritorna jilgħab f’pajjiżu u Valencia jafu jkunu t-tim ideali għalih.

Sadanittant, fl-aħħar sigħat anke Fenerbache tat-Turkija kitbu uffiċjalment lid-direttur tal-Partenopei Cristiano Giuntoli sabiex jakkwistaw il-firma ta’ Callejon li min-naħa tiegħu iktar jippreferi jkompli l-karriera tiegħu f’art twelidu.

Callejon lagħab 245 partita ma’ Napoli u skorja 62 goal. Fil-passat hu lagħab ukoll ma’ Real Madrid u Espanyol.

Share With: