Investiment t’aktar minn €40 miljun f’uliedna

Bħalma għamel sa mill-bidu tal-ħidma tiegħu fl-2013, dan il-gvern qiegħed ikompli jinvesti fl-infrastruttura edukattiva tal-pajjiż. Bil-ħatra tal-Ministru Owen Bonnici bħala Ministru responsabbli mill-Edukazzjoni, dan l-investiment baqa’ prijorità, anzi d-deċiżjoni kienet li l-investiment jitkabbar.

Il-Gvern, permezz tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, kif ukoll il-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada, qiegħed jaħdem fuq diversi proġetti kapitali u oħrajn iżgħar b’investiment li jaqbeż l-€40 miljun. Dan huwa investiment bla preċedent fl-infrastruttura edukattiva tal-pajjiż. 

Imma daħal ukoll kunċett ieħor; meta l-Ministru Bonnici esiġa li l-preparamenti ta’ kull proġett jinstemgħu sew l-edukaturi, il-kapijiet tal-kulleġġi, il-kapijiet tal-iskejjel u l-għalliema kif ukoll il-ġenituri u t-tfal stess. Dan sar biex l-proġetti li jsiru verament jilħqu x-xewqat u l-ħtiġijiet ta’ uliedna u tal-edukaturi. Għalhekk qegħdin naraw li l-binjiet tal-iskejjel tagħna jkunu aktar prattiċi u komdi, b’dehra isbaħ li tilqgħak, aċċessibbli għal kulħadd u ‘user friendli’ għal dawk li qegħdin fuq l-ispektru tal-awtiżmu fost oħrajn. B’hekk l-iskejjel ikunu verament ta’ min qed jużahom. B’hekk tista’ tingħata esperjenza sabiħa ta’ tagħlim lil kulħadd u kull tifel u tifla jħossuhom inklużi.

L-iskejjel qegħdin jiġu attrezzati bl-apparat li juża l-aktar teknoloġija ricenti, fosthom l-‘interactive whiteboards’, kompjuters u apparat ieħor; il-klassijiet qegħdin ikunu attrezzati bl-arja kondizzjonata; l-aperturi kollha jkunu bil-ħġieġ ‘double glazed’; u qed ikunu installati lifts kemm fl-iskejjel il-ġodda u anke dawk antiki. Fl-iskejjel qed ikunu wkoll inklużi l-aqwa faċilitajiet sportivi fuq barra u fuq ġewwa, kif ukoll spazji fejn jitgħallmu u jipprattikaw id-drama. 

Il-ħidma qed issir fuq żewġ binarji – filwaqt li qed jitkompla l-programm ta’ bini ta’ skejjel kompletament ġodda, qed isir xogħol kbir fuq skejjel eżistenti li jistgħu jkunu rinovati, mkabbra u jinbidlu fi spazji sbieħ, moderni u aċċessibli għal kulħadd. Dawn tal-aħħar prattikament qegħdin jinġiebu ġodda. 

Wieħed mill-akbar proġetti li qed isir xogħol fuqu bħalissa huwa dak tal-bini ta’ skola kompletament ġdida l-Qawra. Sa mill-bidu tal- ħatra tiegħu bħala Ministru għall-Edukazzjoni, il-Ministru Bonnici esiġa li tingħata l-enerġija kollha biex dan il-proġett kbir u ambizzjuż jitlesta. Kif ħabbar fil-jiem li għaddew, din l-iskola se tiftaħ il-bibien tagħha s-sena skolastika li jmiss. Dan il-proġett ambizzjuż qiegħed isir b’investiment ta’ €13-il miljun. 

Ix-xogħol tal-iskola l-ġdida fil-Qawra fi stadju avvanzat

Investiment kbir ieħor huwa n-naħa t’isfel ta’ Malta, preċiżament ż-Żejtun. Hawnhekk qed isir mal- €5 miljuni investiment fuq it-tkabbir u rinovar estensiv tal-iskola sekondarja. Din l-iskola, li tmur lura għas- snin sittin, qed tinbidel skola kompletament ġdida. L-istudenti li jattendu f’din l-iskola diġà bdew igawdu l-frott ta’ dan l-investiment billi f’Jannar li għadda bdew jużaw parti sostanzjali mill-parti l-ġdida. 

Fin-naħa t’isfel ta’ Mal- ta bdiet ħidma wkoll fuq il-bini ta’ sala ġdida u kumpless sportiv ġdid fl-iskola sekondarja ta’ Santa Luċija. Din l-iskola, li nbniet f’nofs is-snin disgħin, kienet tħalliet mingħajr sala għal dan iż-żmien kollu. Filfatt l-istudenti u l-edukaturi kien ikollhom jużaw postijiet oħrajn biex itellgħu l-attivi- tajiet tagħhom, bħal kunċerti żmien il-Milied. Bħala gvern ġie deċiż li tinbena sala ġdida li tista’ tintuża għad-drama u għall-kunċerti biswit l-iskola. Fl-istess post se jkun hemm ukoll kumpless sportiv fuq ġewwa biex jikkumplimenta l-faċilitajiet sportivi eżistenti li hemm fuq barra. Dan il-proġett qiegħed isir b’investiment ta’ €4 miljuni. 

Din il-ġimgħa beda x-xogħol fuq żewġ proġetti kapitali oħrajn f’Malta u f’Għawdex. Fl-Imsida beda jitwettaq il-proġett tant mistenni ta’ bini ta’ skola kompletament ġdida fuq l-istess post tal-iskola l-antika. Għalhekk matul din il-ġimgħa sar it-twaqqigħ tal-iskola l-antika u l-jiem li ġejjin se jibda l-iskavar tas-sit. Hawnhekk se jkun hemm ukoll parkeġġ taħt l-art. Fir-Rabat, Għawdex, beda l-iskavar tal-art fejn se tinbena skola primarja ġdida. Din se tkun fuq il-kampus edukattiv li diġà hemm ċ-ċentru ta’ din il-lokalità. Il-proġett se jinvolvi wkoll l-immodernizzar komplet tal-iskola medja li hemm -istess kampus. L-in- vestiment totali fuq dawn il-proġetti huwa ta’ madwar €14-il miljun. 

“Verament se nkunu poġġejna lill-pajjiżna fost l-aqwa fl-Ewropa f’dik li hija infrastruttura edukattiva tal-pajjiż”

Owen Bonnici

Apparti dan kollu, qed issir ħidma wkoll biex żmien qasir jitlesta l-proġett ta’ bini ta’ ‘footbridge’ u ‘footpath’ -iskola sekondarja tal-Ħamrun, magħrufa aħjar bħala Il- Liċeo, fejn qed jingħaqdu ż- żewġ binjiet prinċipali tal-iskola permezz ta’ ‘foot- bridge’ u ‘footpath’. Hawn ukoll se tkun qed issir dif- ferenza kbira l-kwalità tal- ħajja tal-istudenti u l-edukaturi. 

F’Settembru li ġej se jinfetħu żewġ ċentri għall-ħarsien tat-tfal, biex jikkumplimentaw id-diversi ċentri li diġà nfetħu. Il-Ministru Owen Bonnici qalilna, “Dan qiegħed isir biex inkomplu nsaħħu l-impenn tagħna biex aktar nisa jidħlu d-dinja tax-xogħol”. Dawn iċ-ċentri għall-ħarsien tat-tfal se jkunu l-Qawra (fl-iskola primarja l-ġdida) u f’San Ġiljan, biswit l-iskola primarja eżistenti. 

Proġetti maġġuri oħrajn li diġà qed issir preparazzjoni għalihom huma fl-iskola primarja ta’ Ħal Qormi (San Ġorġ) u fl-iskola primarja tar-Rabat, Malta. Fiż-żewġ skejjel se jitwettaq proġett ta’ tkabbir biex dawn l-iskejjel ikunu jistgħu jilqgħu aktar tfal u fl-istess ħin jiġu moderniżżati l-binjiet eżistenti biex dawn ukoll jinġiebu ġodda. F’Ħal Qormi se jiġu restawrati l-faċċati ta’ din l-iskola li hija skedata u li tinsab fil-qalba l-antika tar- raħal. 

Hemm ukoll l-inizjattiva ambizzjuża li ttieħdet bħala Gvern xi snin ilu biex jiġu introdotti suġġetti vokazzjonali (dawk li qabel kienu jissejħu snajja’) għal studenti li għandhom bejn it- 13 u s-16-il sena. L-istudenti fl-iskejjel sekondarji tal-Istat qed jingħataw l-opportunità biex, jekk iridu, jitgħallmu u jitħarrġu f’suġġetti vokazzjonali differenti qabel jispiċċaw mill-iskola ta’ 16- il sena. Studenti li jispiċċaw minn Year 11 (Form 5) u li ma jkunux iridu jkomplu l-iskola, se jkunu preparati aħjar għad-dinja tax-xogħol f’diversi setturi. Dan it-tagħlim se jsibuh utli ħafna dawk li wara l-iskola sekondarja jidħlu għal kors vokazzjonali fl-MCAST. Fost dawn is-suġġetti hemm: it-Teknoloġija tal-Informatika, l-inġinerija, it-turiżmu u l-ospitalità, il-kura personali u tax-xagħar, il-media, il-ħjata u t-tessuti, l-agribusiness, ir-retailing u l-health & social care.

Naturalment din l-inizjattiva ambizzjuża kienet teħtieġ investiment kbir fl-iskejjel biex dawn ikollhom laboratorji u workshops dedikati apposta għat-tagħlim ta’ dawn is-suġġetti. Il-laboratorji u l-workshops il-ġodda ġew disinjati biex jinħoloq ambjent reali ta’ postijiet tax-xogħol fl-iskejjel. Qed jinħolqu spazji mill-isbaħ li jixbħu ħafna lil dawk tad-dinja tax-xogħol. Dan kollu qiegħed isir b’investiment kapitali ta’ madwar €10 miljuni. Ħafna mil-laboratorji u workshops f’diversi skejjel diġà tlestew u bdew jintużaw. Fix-xhur li ġejjin se jiġi konkluż dan il-proġett li kien mifrux fuq il-kulleġġi kollha f’Malta u f’Għawdex. 

Meta jitlestew dawn il-proġetti kollha, kif ukoll oħrajn li huma ppjanati għas-snin ta’ wara, uliedna u l-edukaturi se jkollhom esperjenza ta’ tagħlim sabiħa li qatt ma kellna bħalha. Mitlub jikkummenta, il-Ministru Bonnici qalilna li, “Verament se nkunu poġġejna lill-pajjiżna fost l-aqwa fl-Ewropa f’dik li hija infrastruttura edukattiva tal-pajjiż. Dan qiegħed isir ukoll l-kuntest akbar ta’ investiment kbir bla preċedent fl-infrastruttura ġenerali tal-pajjiż. Ukoll, dan qiegħed isir l-kuntest tar-rivoluzzjoni siekta li bdejna nagħmlu s-sistema edukattiva ta’ pajjiżna sa mill-2013. Uliedna jixraqilhom l-aqwa u l-aħjar”. 

Share With: