AĠĠORNAT – Ir-raġel li nstab mal-art f’Wied il-Għajn miet mewta naturali

Nies fuq il-post li tkellmu ma’ dan is-sit qalu li raw lir-raġel iżomm sidru u jaqa’ mal-art

Aġġornat:

Nies li tkellmu ma’ dan is-sit qalulna li raw l-anzjan iżomm sidru u jaqa’ mal-art. Ir-raġel, li għandu 80 sena miet kawża ta’ mewta naturali.

Aktar qabel:

Inewsmalta.com jinsab infurmat li ftit tal-minuti ilu għadu kemm nstab raġel mitluq mal-art quddiem l-uffiċċju tal-posta f’Wied il-Għajn. Jidher li bħalissa hemm il-pulizija fuq il-post fejn qed jinvestigaw il-kundizzjoni tar-raġel.

Aktar dettalji kif jaslulna.

Share With: